+Artikolu 129 Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
---+Artikolu 129 1.
---+Artikolu 129 1a.
---+Artikolu 129 1b.
---+Artikolu 129 1c.
---+Artikolu 129 1d.
---+Artikolu 129 2.
---+Artikolu 129 3.
---+Artikolu 129 3a.
---+Artikolu 129 3b.
---+Artikolu 129 4.
---+Artikolu 129 5.
---+Artikolu 129 6.
---+Artikolu 129 7.

Artikolu 129 Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 129 1.

►M10  Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 32 ) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 3a u 3b ta’ dan l-Artikolu u għandhom jiġu kollateralizzati permezz ta’ kwalunkwe mill-assi eliġibbli li ġejjin: ◄

(a) 

skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, minn banek ċentrali tas-SEBĊ, minn entitajiet tas-settur pubbliku, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali fl-Unjoni;

(b) 

skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali ta’ pajjiż terz, banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, banek multilaterali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi għal jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku ta’pajjiżi terzi, gvernijiet reġjonali ta’ pajjiżi terzi jew awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi terzi li ġew ippeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(1) jew (2), jew l-Artikolu 116(1), (2) jew (4) rispettivament u li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi skont it-tifsira ta’ dan il-punt li jikkwalifikaw bħala minimu għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, sakemm ma jaqbżux l-20 % tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjonijiet emittenti;

▼M10

(c) 

skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu jew l-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, jew skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fejn dawk l-iskoperturi huma fil-forma ta’:

(i) 

depożiti ta’ terminu qasir b’maturità oriġinali li ma taqbiżx il-100 jum, fejn jintużaw biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/2162; jew

(ii) 

kuntratti tad-derivattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva, fejn ikunu permessi mill-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

self iggarantit permezz ta’ proprjetà residenzjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont ta’ kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe ipoteka preċedenti u 80 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna;

▼B

(e) 

self residenzjali kompletament iggarantit minn fornitur eleġibbli ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal-livell 2 tal-kwalità ta’ kreditu jew iżjed, kif imniżżel f’dan il-Kapitolu, fejn il-parti ta’ kull wieħed mis-self li tintuża biex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit f’dan il-paragrafu għall-kollateralizzazzjoni tal-bond kopert ma tirrappreżentax aktar minn 80 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali korrispondenti li tinsab fi Franza, u fejn il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrispetta mhux iktar minn 33 % meta jkun ingħata s-self. Ma għandu jkun hemm ebda garanzija ipotekarja fuq il-proprjetà residenzjali meta s-self jingħata, u għas-self mogħti mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-mutwatarju għandu jintrabat kuntrattwalment li ma jagħtix tali garanzija mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tat is-self. Il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrappreżenta s-sehem tad-dħul gross tal-mutwatarju li jkopri r-rimborż tas-self, inkluż l-imgħax. Il-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata u sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati lil istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza jew istituzzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni. Għandu jistabbilixxi fond ta’ garanzija reċiproka jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni biex jiġi assorbit it-telf mir-riskju tal-kreditu, fejn l-ikkalibrar ta’ dan għandu jiġi rivedut perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti. Kemm l-istituzzjoni tal-kreditu kif ukoll il-fornitur tal-protezzjoni għandhom iwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju;

▼M10

(f) 

self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont tal-kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe ipoteka preċedenti u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna. Is-self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jkun eliġibbli fejn il-proporzjon tas-self għall-valur ta’ 60 % jinqabeż sa livell massimu ta’ 70 % jekk il-valur tal-assi totali mirhuna bħala kollateral għall-bonds koperti jaqbeż l-ammont nominali pendenti fuq il-bonds koperti b’mill-inqas 10 %, u l-pretensjoni tad-detentur tal-bonds tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali stabbiliti fil-Kapitolu 4. Il-pretensjoni tad-detentur tal-bonds għandha tieħu preċedenza fuq il-pretensjonijiet l-oħra kollha fuq il-kollateral;

▼B

(g) 

self iggarantit permezz ta’ self marittimu fuq vapuri sad-differenza bejn 60 % tal-valur tal-vapur mirhun u l-valur ta’ kwalunkwe rahan preċedenti.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, l-iskoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tad-debituri ta’ self iggarantit permezz ta’ proprjetajiet mirhuna ta’ titoli ta’ dejn jew ikkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni ta’ rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’ tali self ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti msemmija f’dak il-paragrafu.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu, sal-1 ta' Lulju 2027, l-iskoperturi indiretti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu mingħajr klassifikazzjoni esterna li jiggarantixxu self ipotekarju sar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet ta' dak il-punt, bħala skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja, dment li jkunu skoperturi fuq terminu qasir assenjati għall-grad A skont l-Artikolu 121 u li s-self ipotekarju garantit, ladarba jiġi rreġistrat, ikun eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (d), (e) u (f), ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 129 1a.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti;

(b) 

għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti;

(c) 

għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu li jieħdu l-forma ta’ depożiti ta’ terminu qasir, kif imsemmija fil-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew il-forma ta’ kuntratti tad-derivattivi, kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-iskopertura totali ma għandhiex taqbeż 8 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti; l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-EBA, jippermettu skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fil-forma ta’ kuntratti tad-derivattivi, dment li l-problemi potenzjali sinifikanti ta’ konċentrazzjoni fl-Istati Membri kkonċernati minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskala 1 u 2 tal-kwalità tal-kreditu msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jiġu ddokumentati;

(d) 

l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali totali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti u l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti.

Artikolu 129 1b.
Il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-użu ta’ bonds koperti bħala kollateral eliġibbli kif permess skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2019/2162.
Artikolu 129 1c.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-limitu ta’ 80 % għandu japplika fuq bażi ta’ self distint minn self ieħor, għandu jiddetermina l-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura ta’ obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert, u għandu japplika matul il-maturità kollha tas-self.
Artikolu 129 1d.
Għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-limiti ta’ 60 % jew 70 % għandhom japplikaw fuq bażi ta’ self distint minn self ieħor, għandhom jiddeterminaw il-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura ta’ obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert, u għandhom japplikaw matul il-maturità kollha tas-self.
Artikolu 129 2.
Is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kollateral li jkun esklussivament ristrett mil-leġislazzjoni għall-protezzjoni tad-detenturi tal-bonds kontra t-telf.
Artikolu 129 3.
Fil-każ ta’ proprjetà immobbli u bastimenti li jikkollateralizzaw bonds koperti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 għandhom jiġu ssodisfati. Il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà skont il-punt (a) tal-Artikolu 208(3) għandu jsir frekwentement u tal-anqas annwalment għall-proprjetà immobbli u l-bastimenti kollha.

Għall-fini tal-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jistgħu jippermettu li dik il-proprjetà tiġi vvalutata bil-valur tas-suq jew inqas minnu, jew f'dawk l-Istati Membri li stabbilew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, bil-valur tas-self ipotekarju ta' dik il-proprjetà, mingħajr l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 229(1), il-punt (e), ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 129 3a.

Minbarra li jkunu kollateralizzati mill-assi eliġibbli elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-bonds koperti għandhom ikunu soġġetti għal livell minimu ta’ 5 % ta’ sovrakollateralizzazzjoni kif iddefinit fil-punt (14) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, l-ammont nominali totali tal-assi ta’ kopertura kollha kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva għandu jkun mill-inqas tal-istess valur tal-ammont nominali totali ta’ bonds koperti pendenti (il-“prinċipju nominali”) u għandu jikkonsisti f’assi eliġibbli kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell minimu iktar baxx għal sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti jew jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu tali livell, dment li:

(a) 

jew il-kalkolu ta’ sovrakollateralizzazzjoni jkun ibbażat fuq approċċ formali fejn ir-riskju sottostanti tal-assi jittieħed inkunsiderazzjoni, jew il-valutazzjoni tal-assi tkun soġġetta għall-valur tas-self ipotekarju; u

(b) 

il-livell minimu ta’ sovrakollateralizzazzjoni ma jkunx inqas minn 2 % abbażi tal-prinċipju nominali msemmi fl-Artikolu 15(6) u (7) tad-Direttiva (UE) 2019/2162.

L-assi li jikkontribwixxu għal livell minimu ta’ sovrakollateralizzazzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal-limiti fuq id-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafu 1a u ma għandhomx jingħaddu għall-iskop ta’ dawk il-limiti.

Artikolu 129 3b.
L-assi eliġibbli elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu inklużi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura bħala assi ta’ sostituzzjoni kif definiti fil-punt (13) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162, soġġett għal-limiti fuq il-kwalità tal-kreditu u d-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 129 4.

Bonds koperti li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1 li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.



Tabella 1

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

10 %

20 %

20 %

50 %

50 %

100 %

Artikolu 129 5.

Bonds koperti li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju abbażi tal-piż tar-riskju assenjat lil skoperturi superjuri mhux garantiti tal-istituzzjoni li toħroġhom. Għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja bejn il-piżijiet tar-riskju:

(a) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 10 %;

(aa) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 30 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 15 %;

(ab) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 40 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 20 %;

(b) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 50 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 25 %;

(ba) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 75 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 35 %;

(c) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 50 %;

(d) 

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 150 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 %.

Artikolu 129 6.
Bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 1a, 3, 3a u 3b. Għandhom ikunu eliġibbli għal trattament preferenzjali skont il-paragrafi 4 u 5 sal-maturità tagħhom.
Artikolu 129 7.
Bonds koperti maħruġa qabel it-8 ta’ Lulju 2022 li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3a u 3b. Għandhom ikunu eliġibbli għal trattament preferenzjali skont il-paragrafi 4 u 5 sal-maturità tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit