|
+Artikolu 136 2. |
Artikolu 136 2.Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw l-assoċjazzjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw fatturi kwantitattivi bħar-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha li jkunu assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu. Fil-każ ta’ ECAI stabbiliti reċentement u għal dawk li għandhom biss rekord qasir ta’ data ta’ inadempjenzi, kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jitolbu lill-ECAI x’taħseb li tkun r-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu;
(b)
sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw l-fatturi kwalitattivi bħall-aggregazzjoni ta’ emittenti li l-ECAI tkopri, il-firxa ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu li l-ECAI tassenja, kull tifsira ta’ valutazzjoni tal-kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI;
(c)
l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom iqabblu r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għal kull valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari u jqabbilhom ma’ punt ta’ riferiment mibni abbażi tar-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAIs oħrajn fuq popolazzjoni ta’ emittenti li jippreżentaw livell ekwivalenti tar-riskju ta’ kreditu;
(d)
fejn ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari jkunu materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jassenjaw skala ogħla tal-kwalità kreditizja fuq l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità kreditizja għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI;
(e)
fejn l-ABE, l-AEAPX u l-AETS ikunu żiedu l-piż assoċjat tar-riskju għal valutazzjoni speċifika tal-kreditu ta’ ECAI partikolari, u meta r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dik l-ECAI ma jkunux għadhom materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS jistgħu jmorru lura għall-iskala oriġinali tal-kwalità kreditizja fl-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|