+Artikolu 136 Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI
---+Artikolu 136 1.
---+Artikolu 136 2.
---+Artikolu 136 3.

Artikolu 136 Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 136 1.
L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jispeċifikaw għall- ECAIs kollha, ma’ liema mill-iskala tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 jikkorrispondu l-valutazzjonijiet rilevanti tal-kreditu tal- ECAI ('assoċjazzjoni'). Dawk id-determinazzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi u konsistenti.

L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014 u għandhom jissottomettu abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi riveduti fejn ikun meħtieġ.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 136 2.

Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw l-assoċjazzjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw fatturi kwantitattivi bħar-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha li jkunu assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu. Fil-każ ta’ ECAI stabbiliti reċentement u għal dawk li għandhom biss rekord qasir ta’ data ta’ inadempjenzi, kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jitolbu lill-ECAI x’taħseb li tkun r-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu;

(b) 

sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw l-fatturi kwalitattivi bħall-aggregazzjoni ta’ emittenti li l-ECAI tkopri, il-firxa ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu li l-ECAI tassenja, kull tifsira ta’ valutazzjoni tal-kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI;

(c) 

l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom iqabblu r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għal kull valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari u jqabbilhom ma’ punt ta’ riferiment mibni abbażi tar-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAIs oħrajn fuq popolazzjoni ta’ emittenti li jippreżentaw livell ekwivalenti tar-riskju ta’ kreditu;

(d) 

fejn ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari jkunu materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jassenjaw skala ogħla tal-kwalità kreditizja fuq l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità kreditizja għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI;

(e) 

fejn l-ABE, l-AEAPX u l-AETS ikunu żiedu l-piż assoċjat tar-riskju għal valutazzjoni speċifika tal-kreditu ta’ ECAI partikolari, u meta r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dik l-ECAI ma jkunux għadhom materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS jistgħu jmorru lura għall-iskala oriġinali tal-kwalità kreditizja fl-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI.

Artikolu 136 3.
L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jispeċifika l-fatturi kwantitattivi msemmija fil-punt (a), u l-fatturi kwalitattivi msemmija fil-punt (b) u l-punt ta’ riferiment imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit