|
+Artikolu 139 2. |
Artikolu 139 2.Fejn ma teżistix valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċertu element, iżda teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura ma tappartjenix għalih jew teżisti valutazzjoni ġenerali tal-kreditu għall-emittent, allura dik il-valutazzjoni tal-kreditu għandha tintuża f’waħda mill-każijiet li ġejjin:
(a)
il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju ogħla milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:
(i)
ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;
(ii)
tikklassifika pari passu jew subordinata fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti;
(b)
il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju aktar baxx milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:
(i)
ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;
(ii)
tikklassifika pari passu jew prijoritarja fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-iskopertura għandha tiġi trattata bħala mhux klassifikata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|