Għall-iskoperturi għal kumpanniji fejn il-bejgħ totali annwali għall-grupp konsolidat li l-kumpannija hija parti minnu huwa inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejja f’paragrafu 1 (iii) għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għall-iskoperturi tal-impriżi. F’din il-formula S hija espressa bħala bejgħ totali annwali f’miljuni ta’ Euro fejn EUR 5 miljun < S < EUR 50 miljun. Bejgħ irrappurtat ta’ inqas minn EUR 5 miljun għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljun. Għal oġġetti riċevibbli mixtrija il-bejgħ totali annwali għandu jkun il-medja ppeżata mill-iskoperturi individwali tal-aggregazzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-assi totali tal-grupp konsolidat għall-bejgħ totali annwali fejn il-bejgħ totali annwali ma jkunx indikatur sinifikattiv tad-daqs tal-kumpannija u l-assi totali jkunu indikatur aktar sinifikattiv mill-bejgħ totali annwali.