+Artikolu 153 Ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi
---+Artikolu 153 1.
---+Artikolu 153 2.
---+Artikolu 153 4.
---+Artikolu 153 5.
---+Artikolu 153 6.
---+Artikolu 153 7.
---+Artikolu 153 8.
---+Artikolu 153 9.

Artikolu 153 Ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 153 1.

►M17  Soġġett għall-applikazzjoni tat-trattamenti speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin: ◄

image

Fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit bħala:

(i) 

jekk PD = 0, RW ikun 0;

(ii) 

jekk PD = 1, jiġifieri, għal skoperturi inadempjenti:

— 
fejn l-istituzzjonijiet japplikaw il-valuri LGD stipulati fl-Artikolu 161(1), RW ikun 0:

▼C2

— 
fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess ta' LGDs, RW ikun

image

;

▼B

fejn l-aħjar stima ta’ telf mistenni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ELBE ”) għandha tkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);

▼M17

(iii) 

jekk 0 < PD < 1, allura:

image

fejn:

N

= il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b'medjan ta' 0 u b'varjanza ta' 1 ikun inqas minn jew daqs x;

G

= il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b'tali mod li N(x) = z;

R

= il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:

image

b

= il-fattur ta' aġġustament tal-maturità, li huwa ddefinit bħala:

b = 0,11852 – 0,05478 · lnPD2 ;

M

= il-maturità, espressa fi snin u ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 162.

Artikolu 153 2.
Għal skoperturi għal entitajiet kbar tas-settur finanzjarju rregolati u għal entitajiet mhux regolati tas-settur finanzjarju, il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni R imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (iii), jew fil-paragrafu 4, kif applikabbli, għandu jiġi mmultiplikat b'1,25 meta jiġu kkalkulati l-piżijiet tar-riskju ta' dawk l-iskoperturi.
Artikolu 153 4.

Għall-iskoperturi għal kumpanniji fejn il-bejgħ totali annwali għall-grupp konsolidat li l-kumpannija hija parti minnu huwa inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejja f’paragrafu 1 (iii) għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għall-iskoperturi tal-impriżi. F’din il-formula S hija espressa bħala bejgħ totali annwali f’miljuni ta’ Euro fejn EUR 5 miljun < S < EUR 50 miljun. Bejgħ irrappurtat ta’ inqas minn EUR 5 miljun għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljun. Għal oġġetti riċevibbli mixtrija il-bejgħ totali annwali għandu jkun il-medja ppeżata mill-iskoperturi individwali tal-aggregazzjoni.

image

L-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-assi totali tal-grupp konsolidat għall-bejgħ totali annwali fejn il-bejgħ totali annwali ma jkunx indikatur sinifikattiv tad-daqs tal-kumpannija u l-assi totali jkunu indikatur aktar sinifikattiv mill-bejgħ totali annwali.

Artikolu 153 5.

Għal skoperturi fuq self speċjalizzat li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħmel stima tal-PDs jew l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-PD ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6, l-istituzzjoni għandha tassenja piżijiet tar-riskju lil dawn l-iskoperturi skont it-Tabella 1, kif ġej:



Tabella 1

Maturità li Jifdal

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Inqas minn sentejn u nofs (2,5)

50  %

70  %

115  %

250  %

0  %

Ugwali għal sentejn u nofs (2,5) jew aktar

70  %

90  %

115  %

250  %

0  %

Huma u jassenjaw il-piżijiet tar-riskju lil skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja, l-ambjent politiku u ġuridiku, il-karatteristiċi tat-transazzjoni u/jew l-assi, is-saħħa tal-isponsor u l-iżviluppatur, inkluż kull fluss ta’ introjtu minn soċjetà pubblika-privata, u l-pakkett ta’ garanzija.

Artikolu 153 6.
Fil-każ tar-riċevibbli korporattivi mixtrija tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184. Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li jkunu konformi wkoll mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 154(5), u fejn ikun ta’ piż bla bżonn għal istituzzjoni biex tuża l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi korporattivi kif stabbilit fit-Taqsima 6 għal dawn ir-riċevibbli, jistgħu jintużaw l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif stabbilit fit-Taqsima 6.
Artikolu 153 7.
Għar-riċevibbli korporattivi mixtrija, l-iskontijiet rimborżabbli fil-prezz tax-xiri, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala protezzjoni tal-ewwel telf mix-xerrej tar-riċevibbli jew mill-benefiċjarju tal-garanzija kollaterali jew tal-garanzija parzjali f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5. Il-bejjiegħ li jipprovdi l-iskont rimborżabbli fil-prezz tax-xiri u l-fornitur ta’ garanzija kollaterali jew parzjali għandhom jittrattawhom bħala skopertura għal pożizzjoni tal-ewwel telf f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5.
Artikolu 153 8.
Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket ser jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, fejn is-somma tal-ammont tat-telf mistenni mmultiplikat bi 12,5 u l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma għandux jaqbeż l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivattiv tal-kreditu mmultiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li għandhom jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat. Piż ta’ riskju ta’ 1 250  % għandu japplika għal pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tiddetermina l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB.
Artikolu 153 9.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi msemmija fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, meta jassenjaw il-piżijiet tar-riskju għal skoperturi fuq self speċjalizzat.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit