|
+Artikolu 172 1. |
Artikolu 172 1.►M17 Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-assenjazzjoni ta' skoperturi għandha titwettaq f'konformità mal-kriterji li ġejjin: ◄
(a)
kull debitur għandu jiġi assenjat fi grad ta’ debitur bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;
(b)
għal dawk l-iskoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni skont l-Artikolu 143, kull skopertura għandha tkun assenjata wkoll fi grad tal-faċilità bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu;
(c)
l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat għandhom jassenjaw kull waħda minn dawn l-iskoperturi fi grad skont l-Artikolu 170(2);
(d)
kull entità ġuridika separata li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni għandha tkun ikklassifikata b'mod separat;
(e)
skoperturi separati għall-istess debitur għandhom jiġu assenjati fl-istess grad ta’ debituri, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull transazzjoni speċifika. Madanakollu, fejn skoperturi separati jitħallew jirriżultaw fi gradi multipli għall-istess debitur, għandu japplika dan li ġej:
(i)
riskju fi trasferiment bejn pajjiżi, meta dan ikun jiddependi minn jekk l-iskoperturi humiex denominati f’munita lokali jew barranija;
(ii)
it-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jistgħu jkunu riflessi f’assenjazzjoni aġġustata għal grad ta’ debitur;
(iii)
il-protezzjoni tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew leġislazzjoni oħra tipprojbixxi l-iskambju tad-data dwar il-klijenti. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), istituzzjoni għandu jkollha politiki xierqa għat-trattament ta' klijenti debituri individwali u ta' gruppi ta' klijenti konnessi. Dawk il-politiki għandu jkun fihom proċess għall-identifikazzjoni ta' riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għal kull entità ġuridika li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni. Għall-finijiet tal-Kapitolu 6, tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet fejn jiġi identifikat riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti meta jiġi kkalkolat il-valur tal-iskopertura tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|