+Artikolu 172 Assenjazzjoni ta’ skoperturi
---+Artikolu 172 1.
---+Artikolu 172 2.
---+Artikolu 172 3.

Artikolu 172 Assenjazzjoni ta’ skoperturi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 172 1.

►M17  Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-assenjazzjoni ta' skoperturi għandha titwettaq f'konformità mal-kriterji li ġejjin: ◄

(a) 

kull debitur għandu jiġi assenjat fi grad ta’ debitur bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;

(b) 

għal dawk l-iskoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni skont l-Artikolu 143, kull skopertura għandha tkun assenjata wkoll fi grad tal-faċilità bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu;

(c) 

l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat għandhom jassenjaw kull waħda minn dawn l-iskoperturi fi grad skont l-Artikolu 170(2);

▼M17

(d) 

kull entità ġuridika separata li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni għandha tkun ikklassifikata b'mod separat;

▼B

(e) 

skoperturi separati għall-istess debitur għandhom jiġu assenjati fl-istess grad ta’ debituri, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull transazzjoni speċifika. Madanakollu, fejn skoperturi separati jitħallew jirriżultaw fi gradi multipli għall-istess debitur, għandu japplika dan li ġej:

(i) 

riskju fi trasferiment bejn pajjiżi, meta dan ikun jiddependi minn jekk l-iskoperturi humiex denominati f’munita lokali jew barranija;

(ii) 

it-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jistgħu jkunu riflessi f’assenjazzjoni aġġustata għal grad ta’ debitur;

(iii) 

il-protezzjoni tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew leġislazzjoni oħra tipprojbixxi l-iskambju tad-data dwar il-klijenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), istituzzjoni għandu jkollha politiki xierqa għat-trattament ta' klijenti debituri individwali u ta' gruppi ta' klijenti konnessi. Dawk il-politiki għandu jkun fihom proċess għall-identifikazzjoni ta' riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għal kull entità ġuridika li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni.

Għall-finijiet tal-Kapitolu 6, tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet fejn jiġi identifikat riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti meta jiġi kkalkolat il-valur tal-iskopertura tagħhom.

Artikolu 172 2.
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, kull skopertura għandha tkun assenjata fi grad jew aggregazzjoni bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu.
Artikolu 172 3.
Għall-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregazzjonijiet l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-ġudizzju uman jista’ jipprevala fuq l-inputs jew l-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-persunal responsabbli mill-approvazzjoni ta’ dawn il-prevalazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw dawn il-prevalazzjonijiet u jieħdu nota tal-persunal responsabbli. L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw il-prestazzjoni tal-iskoperturi li l-assenjazzjonijiet tagħhom ġew injorati. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ skoperturi li l-klassifikazzjoni tagħhom ġiet modifikata minn persuna partikolari, li hija responsabbli għall-persunal kollu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit