|
+Artikolu 176 4. |
Artikolu 176 4.L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu:
(a)
is-sensiliet storiċi kompleti tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni;
(b)
id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u meta saru l-istimi;
(c)
id-data ewlenija u l-metodoloġija użati sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;
(d)
il-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u l-persuna li pprovdiet l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;
(e)
data dwar l-LGDs stmati u realizzati u l-fatturi ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skopertura inadempjenti;
(f)
data dwar l-LGD tal-iskopertura qabel u wara l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ garanzija/jew derivat ta’ kreditu, għal dawk l-istituzzjonijiet li jirreflettu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew tad-derivati ta’ kreditu permezz tal-LGD;
(g)
data dwar il-komponenti tat-telf għal kull skopertura inadempjenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|