+Artikolu 176 Konservazzjoni tad-data
---+Artikolu 176 1.
---+Artikolu 176 2.
---+Artikolu 176 3.
---+Artikolu 176 4.
---+Artikolu 176 5.
|
Artikolu 176 Konservazzjoni tad-data
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 176 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu d-data dwar l-aspetti tal-klassifikazzjonijiet interni tagħhom kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja.
|
|
Artikolu 176 2.
|
►M17
Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu: ◄
(a)
is-sensiliet storiċi kompleti tal-klassifikazzjonijiet dwar debituri u garanti rikonoxxuti;
(b)
id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet;
(c)
id-data ewlenija u l-metodoloġija użata sabiex tingħata l-klassifikazzjoni;
(d)
il-persuna responsabbli mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni;
(e)
l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;
(f)
id-data u ċ-ċirkostanzi ta’ tali inadempjenzi;
(g)
data dwar il-PDs u r-rati ta’ inadempjenzi realizzati assoċjati mal-gradi ta’ klassifikazzjonijiet u migrazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet.
|
|
Artikolu 176 3.
|
Għal skoperturi li għalihom dan il-Kapitolu jippermetti l-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew l-użu tal-IRB-CCF iżda li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx l-istimi proprji tal-LGD jew tal-IRB-CCF, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu data dwar il-paraguni bejn l-LGDs realizzati u l-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 161(1), u bejn is-CCF realizzati u l-SA-CCFs kif stabbilit fl-Artikolu 166(8a).
|
|
Artikolu 176 4.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu:
(a)
is-sensiliet storiċi kompleti tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni;
(b)
id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u meta saru l-istimi;
(c)
id-data ewlenija u l-metodoloġija użati sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;
(d)
il-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u l-persuna li pprovdiet l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;
(e)
data dwar l-LGDs stmati u realizzati u l-fatturi ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skopertura inadempjenti;
(f)
data dwar l-LGD tal-iskopertura qabel u wara l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ garanzija/jew derivat ta’ kreditu, għal dawk l-istituzzjonijiet li jirreflettu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew tad-derivati ta’ kreditu permezz tal-LGD;
(g)
data dwar il-komponenti tat-telf għal kull skopertura inadempjenti.
|
|
Artikolu 176 5.
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:
(a)
data użata fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet;
(b)
data dwar il-PDs, l-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni stmati assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ skoperturi;
(c)
l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;
(d)
għal skoperturi inadempjenti, id-data dwar il-gradi jew l-aggregazzjonijiet li fihom kienet assenjata l-iskopertura fis-sena qabel l-inadempjenza u r-riżultati realizzati fuq l-LGD u l-fattur ta’ konverzjoni;
(e)
data fuq ir-rati ta’ telf għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi li jikkwalifikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|