|
+Artikolu 182 1b. |
Artikolu 182 1b.Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, il-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom fehim dettaljat tal-impatt tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti tal-klijenti fuq is-settijiet ta' data ta' referenza tal-iskoperturi u fuq l-istimi assoċjati tal-IRB-CCF, u li l-impatt huwa immaterjali jew ġie mmitigat b'mod effettiv fil-proċess ta' stima tagħhom. F'dak ir-rigward, dan li ġej ma għandux jitqies xieraq:
(a)
l-iffissar ta' limiti minimi jew ta' limiti massimi għal osservazzjonijiet tas-CCF jew tal-valuri tal-iskopertura, bl-eċċezzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat ugwali għal żero, f'konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;
(b)
l-użu ta' stimi fil-livell tad-debitur li ma jkoprux għalkollox l-għażliet rilevanti tat-trasformazzjoni tal-prodott jew li jikkombinaw prodotti b'karatteristiċi differenti ħafna b'mod mhux xieraq;
(c)
l-aġġustament tal-osservazzjonijiet materjali biss affettwati mit-trasformazzjoni tal-prodott;
(d)
l-esklużjoni tal-osservazzjonijiet affettwati mit-trasformazzjoni tal-profil tal-prodott. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|