+Artikolu 182 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
---+Artikolu 182 1.
---+Artikolu 182 1a.
---+Artikolu 182 1b.
---+Artikolu 182 1c.
---+Artikolu 182 1d.
---+Artikolu 182 2.
---+Artikolu 182 3.
---+Artikolu 182 4.
---+Artikolu 182 5.
|
Artikolu 182 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 182 1.
|
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma adatti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu fit-tul. Sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
▼M17
(c)
l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-possibbiltà ta' ġbid addizzjonali mid-debitur sa meta u wara li jiġi skattat avveniment ta' inadempjenza;
▼B
(d)
sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-linji politiċi u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta’ pagament, bħal vjolazzjonijiet ta’ pattijiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;
(e)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligazzjonijiet pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligazzjonijiet pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;
(f)
jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.
▼M17
(g)
l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu stmati bl-użu ta' approċċ b'perjodu fiss ta' 12-il xahar;
(h)
l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq data ta' referenza li tirrifletti l-karatteristiċi tal-prattika tal-ġestjoni tad-debitur, tal-faċilità u tal-bank tal-iskoperturi li għalihom jiġu applikati l-istimi.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn l-istituzzjonijiet josservaw fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fuq l-osservazzjonijiet ta' inadempjenza tagħhom, il-fattur ta' konverżjoni realizzat fuq dawk l-osservazzjonijiet għandu jkun ugwali għal żero għall-fini ta' kwantifikazzjoni tal-IRB-CCF tagħhom. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell għall-fini tad-differenzjazzjoni tar-riskju. Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-IRB-CCF għandhom jinkludu marġni akbar ta' konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b'saħħitha tista' tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta' konverżjoni. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), kull inadempjenza għandha tkun marbuta mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità fid-data ta' referenza fissa definita bħala 12-il xahar qabel id-data ta' inadempjenza.
|
|
Artikolu 182 1a.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (h), l-IRB-CCF applikati għal skoperturi partikolari ma għandhomx ikunu bbażati fuq data li tħallat l-effetti ta' karatteristiċi differenti jew data minn skoperturi li juru karatteristiċi ta' riskju materjalment differenti. L-IRB-CCF għandhom ikunu bbażati fuq segmenti omoġenji kif xieraq. Għal dak l-għan, il-prattiki li ġejjin għandhom ikunu permessi biss abbażi ta' skrutinju u ġustifikazzjoni dettaljati minn istituzzjoni:
(a)
id-data sottostanti għall-SMEs/għas-suq medju li tiġi applikata għal debituri korporattivi kbar;
(b)
id-data minn impenji b'disponibbiltà ta' limitu mhux użata żgħira li tiġi applikata għal faċilitajiet b'disponibbiltà ta' limitu mhux użata kbira;
(c)
id-data minn debituri delinkwenti jew imblukkata għal prelevamenti ulterjuri fid-data ta' referenza li tiġi applikata għal debituri mingħajr ebda delinkwenza magħrufa jew restrizzjonijiet rilevanti;
(d)
id-data li tkun ġiet affettwata minn bidliet fit-taħlita ta' prodotti ta' teħid b'self u ta' prodotti oħrajn relatati mal-kreditu tad-debituri matul il-perjodu ta' osservazzjoni sakemm dik id-data ma tkunx ġiet aġġustata effettivament billi jitneħħew l-effetti tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti.
|
|
Artikolu 182 1b.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, il-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom fehim dettaljat tal-impatt tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti tal-klijenti fuq is-settijiet ta' data ta' referenza tal-iskoperturi u fuq l-istimi assoċjati tal-IRB-CCF, u li l-impatt huwa immaterjali jew ġie mmitigat b'mod effettiv fil-proċess ta' stima tagħhom. F'dak ir-rigward, dan li ġej ma għandux jitqies xieraq:
(a)
l-iffissar ta' limiti minimi jew ta' limiti massimi għal osservazzjonijiet tas-CCF jew tal-valuri tal-iskopertura, bl-eċċezzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat ugwali għal żero, f'konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;
(b)
l-użu ta' stimi fil-livell tad-debitur li ma jkoprux għalkollox l-għażliet rilevanti tat-trasformazzjoni tal-prodott jew li jikkombinaw prodotti b'karatteristiċi differenti ħafna b'mod mhux xieraq;
(c)
l-aġġustament tal-osservazzjonijiet materjali biss affettwati mit-trasformazzjoni tal-prodott;
(d)
l-esklużjoni tal-osservazzjonijiet affettwati mit-trasformazzjoni tal-profil tal-prodott.
|
|
Artikolu 182 1c.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-IRB-CCF tagħhom ikunu effettivament separati mill-effetti potenzjali ta' reġjun ta' instabbiltà kkawżati minn faċilità li tkun qrib li tinġibed għalkollox fid-data ta' referenza.
|
|
Artikolu 182 1d.
|
Id-data ta' referenza m’għandhiex tkun limitata għall-ammont prinċipali pendenti ta' faċilità jew il-limitu ta' faċilità disponibbli. Imgħax akkumulat, pagamenti oħra dovuti u ġbid li jaqbeż il-limiti ta' faċilità għandhom jiġu inklużi fid-data ta' referenza.
|
|
Artikolu 182 2.
|
Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data li tkopri perijodu minimu ta’ ħames snin, li tiżdied b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq il-minimu ta’ seba’ snin, għal sors wieħed ta’ data mill-anqas. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u d-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perijodu itwal.
|
|
Artikolu 182 3.
|
Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jirreflettu l-ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri minn tal-inqas ħames snin.
|
|
Artikolu 182 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;
(b)
il-kondizzjonijiet skont liema l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni tuża data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn meta l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB għall-ewwel darba.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 182 5.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika l-metodoloġija li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw sabiex jistmaw l-IRB-CCF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|