+Artikolu 213 1.

Artikolu 213 1.

Soġġett għall-Artikolu 214(1), il-protezzjoni ta' kreditu minn garanzija jew minn derivattiv ta' kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-protezzjoni tal-kreditu tkun diretta;

(b) 

ikun hemm definizzjoni ċara u inkontrovertibbli ta' sa fejn tasal il-protezzjoni tal-kreditu;

(c) 

il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola, li t-twettiq tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti, li:

(i) 

tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni jħassar jew jibdel il-protezzjoni ta' kreditu b'mod unilaterali;

(ii) 

iżżid l-ispiża effettiva tal-protezzjoni ta' kreditu bħala konsegwenza ta' deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura protetta;

(iii) 

tista' tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat li jħallas fil-ħin f'każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas xi pagament dovut, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta' rikonoxximent tal-valur reżidwu garantit skont l-Artikoli 134(7) u 166(4);

(iv) 

tista' tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni ta' kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni;

(d) 

il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li jkunu rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-protezzjoni ta' kreditu offruta mill-garanti, ma għandhiex tiskwalifika dik il-protezzjoni ta' kreditu milli tkun eliġibbli.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-fornitur tal-protezzjoni jista' jagħmel pagament wieħed ta' somma f'daqqa tal-flejjes kollha dovuti skont il-pretensjoni, jew jista' jassumi l-obbligi ta' pagament futuri tad-debitur koperti mill-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit