|
+Artikolu 258 2. |
Artikolu 258 2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jipprekludu l-użu tas-SEC-IRBA meta t-titolizzazzjonijiet ikollhom karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna. Għal dawn il-finijiet, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna:
(a)
titjib tal-kreditu li jista’ jonqos għal raġunijiet oħrajn minbarra t-telf tal-portafoll;
(b)
aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti bi grad għoli ta’ korrelazzjoni interna bħala riżultat tal-iskoperturi kkonċentrati għal setturi jew żoni ġeografiċi uniċi;
(c)
tranżazzjonijiet meta l-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni huwa dipendenti ħafna fuq il-motivaturi tar-riskju mhux riflessi fil-KIRB; jew
(d)
allokazzjonijiet ta’ telf kumplessi ħafna bejn is-segmenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|