+Artikolu 258 Il-kondizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (SEC-IRBA)
---+Artikolu 258 1.
---+Artikolu 258 2.

Artikolu 258 Il-kondizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (SEC-IRBA)

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 258 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-SEC-IRBA biex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjoni tkun appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ IRB jew aggregazzjoni mħallta, dment li, fil-każ tal-aħħar, l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB skont it-Taqsima 3 fuq minimu ta’ 95 % tal-ammont ta’ skoperturi sottostanti;

(b) 

ikun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB; u

(c) 

l-istituzzjoni ma tkunx ġiet prekluża milli tuża s-SEC-IRBA fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni speċifikata skont il-paragrafu 2.

Artikolu 258 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jipprekludu l-użu tas-SEC-IRBA meta t-titolizzazzjonijiet ikollhom karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna. Għal dawn il-finijiet, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna:

(a) 

titjib tal-kreditu li jista’ jonqos għal raġunijiet oħrajn minbarra t-telf tal-portafoll;

(b) 

aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti bi grad għoli ta’ korrelazzjoni interna bħala riżultat tal-iskoperturi kkonċentrati għal setturi jew żoni ġeografiċi uniċi;

(c) 

tranżazzjonijiet meta l-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni huwa dipendenti ħafna fuq il-motivaturi tar-riskju mhux riflessi fil-KIRB; jew

(d) 

allokazzjonijiet ta’ telf kumplessi ħafna bejn is-segmenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit