|
+Artikolu 277a 1. |
Artikolu 277a 1.L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' hedging rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' hedging kif ġej:
(a)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita;
(b)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa bbażat fuq l-istess muniti akkoppjati;
(c)
it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
(d)
it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
(e)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lil wieħed mis-settijiet ta' hedging li ġejjin abbażi tan-natura tal-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3):
(i)
l-enerġija;
(ii)
il-metalli;
(iii)
il-prodotti agrikoli;
(iv)
komoditajiet oħra;
(v)
il-kondizzjonijiet klimatiċi;
(f)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskji oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' hedging separati, minbarra s-settijiet ta' hedging stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li ma għandhomx varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|