+Artikolu 279a 3.

Artikolu 279a 3.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

▼M17

(a) 

f'konformità mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-formuli li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta superviżjorja tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet kompatibbli mal-kundizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jew il-prezzijiet tal-komoditajiet jistgħu jkunu negattivi u l-volatilità superviżorja li hija adatta għal dawk il-formuli;

▼M8

(b) 

il-metodu biex jiddeterminaw jekk tranżazzjoni hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3).

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit