|
+Artikolu 279b 1. |
Artikolu 279b 1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
(a)
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi u l-fattur ta' durata tas-superviżjoni, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
Il-bidu ta' tranżazzjoni li hija l-eqreb data li fiha tal-anqas pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, ikun jew fiss jew skambjat, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni tkun diġà qiegħda tistipula jew tagħmel pagamenti fid-data ta' rappurtar, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun 0. Meta tranżazzjoni tinvolvi data kuntrattwali futura waħda jew aktar futuri li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-eqreb data minn dawn li ġejjin:
(i)
id-data jew l-eqreb data mid-dati futuri multipli li ġejjin li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha;
(ii)
id-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni jkollha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' bidu ta' tranżazzjoni għandha tkun determinata abbażi tal-eqreb data li fiha l-istrument sottostanti jibda jistipula jew jagħmel il-pagamenti. Id-data ta' tmiem ta' tranżazzjoni hija d-data li fiha l-aħħar pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, huwa jew jista' jiġi skambjat. Meta tranżazzjoni għandha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' tmien ta' tranżazzjoni għandha tiġi determinata abbażi tal-aħħar pagament kuntrattwali tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni. Fejn tranżazzjoni tiġi strutturati sabiex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jkun żero f'dawk id-dati speċifikati, is-saldu ta' skopertura pendenti f'dawk id-dati speċifikati huwa kkunsidrat bħala pagament kuntrattwali taħt l-istess tranżazzjoni;
(b)
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
(i)
meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'komponent ta' pagament wieħed, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi;
(ii)
meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagamenti u l-ammont nozzjonali ta' komponent ta' pagament wieħed huwa denominat fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-komponent ta' pagament l-ieħor;
(iii)
meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagament u l-ammont nozzjonali ta' kull pagament huwa denominat f'munita differenti mill-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-akbar wieħed mill-ammonti nozzjonali taż-żewġ komponenti ta' pagamenti wara li dawn l-ammonti jkunu ġew ikkonvertiti fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni fir-rata tal-kambju spot prevalenti;
(c)
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-ekwità jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-prezz tas-suq ta' unità waħda tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni u n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti li ssir referenza għalih fit-tranżazzjoni; meta tranżazzjoni kklassifikata fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità jew kategorija ta' riskju tal-komoditajiet hija espressa b'mod kontrattwali bħala ammont nozzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont nozzjonali tat-tranżazzjoni pjuttost milli n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti, bħala l-ammont nozzjonali aġġustat;
(d)
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati għall-kategorija ta' riskji oħrajn, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat abbażi tal-metodu l-aktar xieraq fost il-metodi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), skont in-natura u l-karatteristiċi tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|