|
+Artikolu 296 2. |
Artikolu 296 2.Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting kollha użati minn istituzzjoni għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f’din il-Parti:
(a)
l-istituzzjoni laħqet ftehim kuntrattwali ta’ netting mal-kontroparti tagħha li joħloq obbligu legali wieħed, li jkopri t-transazzjonijiet inklużi kollha, b’tali mod li, f’każ li sseħħ inadempjenza mill-kontroparti hi tkun intitolata tirċievi jew tkun obbligata tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi pprezzati skont il-valur tas-suq tat-transazzjonijiet individwali inklużi;
(b)
l-istituzzjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti opinjonijiet legali bil-miktub u raġunati skont liema, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni ma jkunux jaqbżu dawk imsemmija fil-punt (a). L-opinjoni legali għandha tirreferi għal-liġi applikabbli:
(i)
il-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;
(ii)
jekk tkun involuta fergħa ta’ impriża, li tinsab f’pajjiż li mhuwiex dak li fih l-impriża hija inkorporata, il-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;
(iii)
il-ġurisdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla t-transazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting;
(iv)
il-ġurisdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju sabiex jiġi affettwat in-netting kuntrattwali;
(c)
ir-riskju tal-kreditu għal kull kontroparti huwa aggregat b'mod li jwassal għal skopertura legali waħda għat-transazzjonijiet kollha ma’ kull kontroparti. Din l-aggregazzjoni għandha tiġi fatturata għall-finijiet tal-limitu tal-kreditu u għall-finijiet tal-kapital intern;
(d)
il-kuntratt ma għandu jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti li tagħmel biss pagamenti limitati, jew l-ebda pagament, lill-partimonju tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett (jiġifieri l-klawżola walk away). Jekk xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma tkunx sodisfatta li n-netting kuntrattwali huwa legalment validu u infurzabbli skont il-liġi ta’ kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet imsemmija fil-punt (b), il-ftehim kuntrattwali ta’ netting ma għandux jiġi rikonoxxut bħala wieħed li jnaqqas ir-riskju għall-ebda mill-kontropartijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil xulxin kif meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|