+Artikolu 305 2.

Artikolu 305 2.

Mingħajr preġudizzju għall-approċċ speċifikat fil-paragrafu 1, fejn istituzzjoni tkun klijent, tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi kummerċjali tagħha għal transazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru ta’ kklerjar tagħha skont l-Artikoli 306 sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjonijiet u l-assi ta’ dik l-istituzzjoni relatati ma’ dawk it-transazzjonijiet huma distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru ta’ kklerjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f'każ ta' falliment fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar jew ta' wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;

(b) 

liġijiet, regolamenti, regoli u arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti għall-istituzzjoni jew is-CCP jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u transazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti għal membru ta’ kklerjar ieħor fil-perijodu b'riskju ta' marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar oriġinali. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-pożizzjonijiet tal-klijent u l-kollateral għandhom jiġu trasferiti bil-valur tas-suq sakemm il-klijent ma jitlobx li jagħlaq il-pożizzjoni bil-valur tas-suq;

▼M8

(c) 

il-klijent ikun wettaq reviżjoni legali bir-reqqa biżżejjed, li żammha aġġornata, li tissostanzja li l-arranġamenti li jiżguraw li l-kondizzjoni stabbilita fil punt (b) hija ssodisfata, huma legali, validi, vinkolanti u infurzabbli skont il-liġijiet rilevanti tal-ġurisdizzjoni jew il-ġurisdizzjonijiet rilevanti;

▼B

(d) 

is-CCP hi QCCP.

Meta tivvaluta l-konformità tagħha mal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' tqis kwalunkwe preċedent ċar ta' trasferimenti ta' pożizzjonijiet tal-klijent u ta' kollateral korrispondenti f'CCP, u kwalunkwe intenzjoni tal-industrija li tkompli b'dik il-prattika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit