+Artikolu 305 Trattament tal-iskoperturi ta' klijenti
---+Artikolu 305 1.
---+Artikolu 305 2.
---+Artikolu 305 3.
---+Artikolu 305 4.

Artikolu 305 Trattament tal-iskoperturi ta' klijenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 305 1.
Istituzzjoni li hija klijent għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet tagħha relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI, kif applikabbli.
Artikolu 305 2.

Mingħajr preġudizzju għall-approċċ speċifikat fil-paragrafu 1, fejn istituzzjoni tkun klijent, tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi kummerċjali tagħha għal transazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru ta’ kklerjar tagħha skont l-Artikoli 306 sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjonijiet u l-assi ta’ dik l-istituzzjoni relatati ma’ dawk it-transazzjonijiet huma distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru ta’ kklerjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f'każ ta' falliment fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar jew ta' wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;

(b) 

liġijiet, regolamenti, regoli u arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti għall-istituzzjoni jew is-CCP jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u transazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti għal membru ta’ kklerjar ieħor fil-perijodu b'riskju ta' marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar oriġinali. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-pożizzjonijiet tal-klijent u l-kollateral għandhom jiġu trasferiti bil-valur tas-suq sakemm il-klijent ma jitlobx li jagħlaq il-pożizzjoni bil-valur tas-suq;

▼M8

(c) 

il-klijent ikun wettaq reviżjoni legali bir-reqqa biżżejjed, li żammha aġġornata, li tissostanzja li l-arranġamenti li jiżguraw li l-kondizzjoni stabbilita fil punt (b) hija ssodisfata, huma legali, validi, vinkolanti u infurzabbli skont il-liġijiet rilevanti tal-ġurisdizzjoni jew il-ġurisdizzjonijiet rilevanti;

▼B

(d) 

is-CCP hi QCCP.

Meta tivvaluta l-konformità tagħha mal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' tqis kwalunkwe preċedent ċar ta' trasferimenti ta' pożizzjonijiet tal-klijent u ta' kollateral korrispondenti f'CCP, u kwalunkwe intenzjoni tal-industrija li tkompli b'dik il-prattika.

Artikolu 305 3.
B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta istituzzjoni li hija klijent tonqos milli tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu minħabba li dik l-istituzzjoni mhijiex protetta minn telf f'każ li l-membru tal-ikklerjar u klijent ieħor tal-membru tal-ikklerjar ikunu inadempjenti b'mod konġunt, dment li l-kondizzjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti fil-punti (a) sa (d) ta' dak il-paragrafu huma ssodisfati, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' negozju tagħha għal tranżazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha skont l-Artikolu 306, soġġett għas-sostituzzjoni tal-piż tar-riskju ta' 2 % stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 306(1) b'piż tar-riskju ta' 4 %.
Artikolu 305 4.
Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, istituzzjoni li hija klijent ta' livell inferjuri li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri tista' tapplika t-trattament stabbilit fil-paragrafu 2 jew 3 fil-każ biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fihom jiġu ssodisfati f'kull livell ta' dik l-istruttura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit