+Artikolu 314 2.

Artikolu 314 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi għandu jiġi kkalkulati f'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

ILDC

= il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi;

IC

= il-komponent tal-imgħax, li huwa l-introjtu mill-imgħax tal-istituzzjoni mill-assi finanzjarji kollha u minn introjtu ieħor mill-imgħax, inkluż introjtu finanzjarju minn kiri finanzjarju u introjtu minn kiri operattiv u profitti minn assi mikrija, nieqes l-ispejjeż tal-imgħax tal-istituzzjoni mill-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha u spejjeż oħrajn tal-imgħax, inkluż l-ispiża tal-imgħax minn kiri finanzjarju u operattiv, id-deprezzament u l-indeboliment ta', u t-telf minn, assi mikrija operattivi, ikkalkulati bħala l-medja annwali tal-valuri assoluti tad-differenzi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji;

AC

= il-komponent tal-assi, li huwa s-somma tas-self pendenti gross totali tal-istituzzjoni, tal-avvanzi, tat-titoli li jġorru l-imgħax, inkluż bonds tal-gvern, u assi ta' kiri, ikkalkulata bħala l-medja annwali fuq l-aħħar tliet snin finanzjarji fuq il-bażi tal-ammonti fi tmiem kull waħda mis-snin finanzjarji rispettivi;

DC

= il-komponent tad-dividendi, li huwa l-introjtu mid-dividendi tal-istituzzjoni minn investimenti fi stokks u f'fondi mhux konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni, inkluż l-introjtu mid-dividendi minn sussidjarji mhux konsolidati, minn kumpaniji assoċjati u minn impriżi konġunti, ikkalkulat bħala l-medja annwali fuq l-aħħar tliet snin finanzjarji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit