+Artikolu 314 Indikatur tan-negozju
---+Artikolu 314 1.
---+Artikolu 314 2.
---+Artikolu 314 3.
---+Artikolu 314 4.
---+Artikolu 314 5.
---+Artikolu 314 6.
---+Artikolu 314 7.
---+Artikolu 314 8.
---+Artikolu 314 9.
---+Artikolu 314 10.
|
Artikolu 314 Indikatur tan-negozju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 314 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-indikatur tan-negozju tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:
BI = ILDC + SC + FC
fejn:
|
BI
|
= l-indikatur tan-negozju, espress f'biljuni ta' euro;
|
|
ILDC
|
= il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi, espress f'biljuni ta' euro u kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 2;
|
|
SC
|
= il-komponent tas-servizzi, espress f'biljuni ta' euro u kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5;
|
|
FC
|
= il-komponent finanzjarju, espress f'biljuni ta' euro u kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 6.
|
|
|
Artikolu 314 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi għandu jiġi kkalkulati f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
ILDC
|
= il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi;
|
|
IC
|
= il-komponent tal-imgħax, li huwa l-introjtu mill-imgħax tal-istituzzjoni mill-assi finanzjarji kollha u minn introjtu ieħor mill-imgħax, inkluż introjtu finanzjarju minn kiri finanzjarju u introjtu minn kiri operattiv u profitti minn assi mikrija, nieqes l-ispejjeż tal-imgħax tal-istituzzjoni mill-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha u spejjeż oħrajn tal-imgħax, inkluż l-ispiża tal-imgħax minn kiri finanzjarju u operattiv, id-deprezzament u l-indeboliment ta', u t-telf minn, assi mikrija operattivi, ikkalkulati bħala l-medja annwali tal-valuri assoluti tad-differenzi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji;
|
|
AC
|
= il-komponent tal-assi, li huwa s-somma tas-self pendenti gross totali tal-istituzzjoni, tal-avvanzi, tat-titoli li jġorru l-imgħax, inkluż bonds tal-gvern, u assi ta' kiri, ikkalkulata bħala l-medja annwali fuq l-aħħar tliet snin finanzjarji fuq il-bażi tal-ammonti fi tmiem kull waħda mis-snin finanzjarji rispettivi;
|
|
DC
|
= il-komponent tad-dividendi, li huwa l-introjtu mid-dividendi tal-istituzzjoni minn investimenti fi stokks u f'fondi mhux konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni, inkluż l-introjtu mid-dividendi minn sussidjarji mhux konsolidati, minn kumpaniji assoċjati u minn impriżi konġunti, ikkalkulat bħala l-medja annwali fuq l-aħħar tliet snin finanzjarji.
|
|
|
Artikolu 314 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', sal-31 ta' Diċembru 2027, titlob permess mis-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħha sabiex tikkalkula il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi separati għal kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet sussidjarji speċifiċi tagħha u sabiex iżżid l-eżitu ta' dak il-kalkolu mal-imgħax, il-kirjiet u l-komponent tad-dividendi kkalkulat, fuq bażi konsolidata, għall-entitajiet l-oħra tal-grupp meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-attività tagħhom;
(b)
proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet ta' servizzi bankarji għall-konsumatur jew kummerċjali tas-sussidjarji jinkludu self assoċjat bi probabbiltà għolja ta' inadempjenza;
(c)
l-użu tad-deroga jipprovdi bażi xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali.
Ladarba jingħata, il-permess, u l-kundizzjonijiet tiegħu, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mis-superviżur tal-konsolidazzjoni kull sentejn. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika lill-EBA hekk kif tali permess jingħata, jiġi kkonfermat jew irtirat. Sal-31 ta' Diċembru 2031, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu u l-adegwatezza tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu filwaqt li tqis, b'mod partikolari, il-mudelli ta' negozju speċifiċi kkonċernati u l-adegwatezza tar-rekwiżit relatat ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2032.
|
|
Artikolu 314 4.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2027 jew sakemm is-superviżur tal-konsolidazzjoni jagħti permess f'konformità mal-paragrafu 3, skont liema jiġi l-ewwel, istituzzjoni prinċipali tal-UE li tkun ingħatat permess biex tapplika l-approċċ standardizzat alternattiv għal-linji tan-negozju tagħha ta' servizzi bankarji għall-konsumatur u servizzi bankarji kummerċjali biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji tagħha għar-riskju operazzjonali tista', wara li tkun infurmat lis-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħha, tkompli tuża l-approċċ standardizzat alternattiv kif stabbilit fil-verżjoni ta’ dan ir-Regolament applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali relatati ma' dawk iż-żewġ linji tan-negozju u skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-permess eżistenti.
|
|
Artikolu 314 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tas-servizzi għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-formula li ġejja:
SC = max (OI, OE) + max (FI, FE)
fejn:
|
SC
|
= il-komponent tas-servizzi;
|
|
OI
|
= l-introjtu operatorju l-ieħor, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-introjtu tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f'elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta' natura simili;
|
|
OE
|
= l-ispejjeż operatorji l-oħrajn, li huma l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-ispejjeż u tat-telf tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f'elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta' natura simili, u minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali;
|
|
FI
|
= il-komponent tal-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-introjtu tal-istituzzjoni riċevut mill-għoti ta' pariri u ta' servizzi, inkluż l-introjtu riċevut mill-istituzzjoni bħala esternalizzatur tas-servizzi finanzjarji;
|
|
FE
|
= il-komponent tal-ispejjeż tat-tariffi u tal-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-ispejjeż tal-istituzzjoni mħallsa biex tirċievi pariri u servizzi, inkluż it-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin mill-istituzzjoni għall-provvista ta' servizzi finanzjarji, iżda esklużi t-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta' servizzi mhux finanzjarji.
|
Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, u sal-punt li l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sistemi xierqa u stabbiliti b'mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni ta' riskji operazzjonali, l-istituzzjonijiet li huma membri ta' skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) jistgħu jikkalkulaw il-komponent tas-servizzi nett minn kwalunkwe introjtu riċevut minn jew spejjeż imħallsa lill-istituzzjonijiet, li huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali. Kwalunkwe telf li jirriżulta mir-riskji operazzjonali relatati huwa soġġett għal mutwalizzazzjoni fost il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali.
|
|
Artikolu 314 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent finanzjarju għandu jiġi kkalkuolat f'konformità mal-formula li ġejja:
FC = TC + BC
fejn:
|
FC
|
= il-komponent finanzjarju;
|
|
TC
|
= il-komponent tal-portafoll tan-negozjar, li huwa l-medja annwali tal-valuri assoluti matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-profitt jew telf nett, kif applikabbli, fuq il-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni, iddeterminat bħala xieraq jew f'konformità mal-istandards kontablilistiċi jew f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu I, il-Kapitolu 3, inkluż mill-assi tan-negozjar u fuq l-obbligazzjonijiet tan-negozjar, mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, u mid-differenzi tal-kambju;
|
|
BC
|
= il-komponent tal-portafoll bankarju, li huwa l-medja annwali tal-valuri assoluti matul l-aħħar tliet snin finanzjarji tal-profitt jew telf nett, kif applikabbli, fuq il-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż minn assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mkejlin fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta' profitt u telf, mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, minn differenzi tal-kambju, u minn qligħ u t-telf realizzat fuq l-assi u fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejlin fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta' profitt u telf.
|
|
|
Artikolu 314 7.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhom jużaw l-ebda wieħed mill-elementi li ġejjin fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tagħhom:
(a)
introjtu u spejjeż minn negozju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(b)
primjums imħallsin u pagamenti riċevuti minn poloz tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mixtrija;
(c)
l-ispejjeż amministrattivi, inklużi l-ispejjeż tal-persunal, it-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta' servizzi mhux finanzjarji, u spejjeż amministrattivi oħrajn;
(d)
l-irkupru tal-ispejjeż amministrattivi inkluż l-irkupru tal-pagamenti f'isem il-klijenti;
(e)
l-ispejjeż tal-bini u tal-assi fissi, ħlief meta dawk l-ispejjeż jirriżultaw minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali;
(f)
id-deprezzament tal-assi tanġibbli u tal-amortizzament tal-assi intanġibbli, ħlief id-deprezzament relatat mal-assi tal-kiri operattiv, li għandu jiġi inkluż fl-ispejjeż tal-kiri finanzjarju u operattiv;
(g)
provvedimenti u treġġigħ lura ta' provvedimenti, ħlief meta dawk id-dispożizzjonijiet ikunu relatati ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali;
(h)
spejjeż dovuti għal kapital azzjonarju ripagabbli fuq talba;
(i)
indeboliment u treġġigħ lura tal-indeboliment;
(j)
bidliet fl-avvjament negattiv rikonoxxut fil-profitt jew telf;
|
|
Artikolu 314 8.
|
Meta istituzzjoni tkun ilha topera għal inqas minn tliet snin, hija għandha tuża stimi tan-negozju li jħarsu 'l quddiem fil-kalkolu tal-komponenti rilevanti tal-indikatur tan-negozju tagħha, soġġett għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha. L-istituzzjoni għandha tibda tuża data storika hekk kif dik id-data tkun disponibbli.
|
|
Artikolu 314 9.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
il-komponenti tal-indikatur tan-negozju, u l-użu tagħhom, billi jiġu żviluppati listi ta' subelementi tipiċi, filwaqt li jitqiesu l-istandards regolatorji internazzjonali u, fejn xieraq, il-limitu prudenzjali definit fil-Parti Tlieta, it-Titolu I, il-Kapitolu 3;
(b)
l-elementi elenkati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 314 10.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-elementi tal-indikatur tan-negozju billi tikklassifika dawk l-elementi maċ-ċelloli ta' rapportar korrispondenti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (
33
), fejn xieraq. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|