+Artikolu 325u 2.

Artikolu 325u 2.

L-istrumenti jkunu meqjusa esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istrument jirreferi għal sottostanti eżotiku, li, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser strument ta' portafoll ta' negozjar li jirreferi għal skopertura sottostanti li mhix fl-ambitu tat-trattamenti tar-riskju delta, vega jew kurvatura skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stipulat fit-Taqsima 5;

(b) 

l-istrument huwa strument li għandu riskji residwi oħra, li, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser kwalunkwe waħda minn dawn l-istrumenti li ġejjin:

(i) 

l-istrumenti li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega u kurvatura taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stipulat fit-Taqsima 2 u jiġġenera gwadanji li ma jistgħux jiġu replikati bħala kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet vanilla b'biċċa ekwità sottostanti unika, prezz tal-komoditajiet, rata tal-kambju, prezz ta' bond, prezz ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu jew swap tar-rati tal-imgħax;

(ii) 

l-istrumenti li huma pożizzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP imsemmija fl-Artikolu 325(6); iħħeġġjar li huma inklużi fl-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(8), m'għandux jitqies.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit