|
+Artikolu 325v 1. |
Artikolu 325v 1.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“skopertura qasira” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal gwadann għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;
(b)
“skopertura twila” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal telf għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;
(c)
“l-ammont gross ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (gross JTD)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi għal skopertura speċifika;
(d)
“l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (JTD net)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li ġġarrab istituzzjoni minħabba l-inadempjenza ta' obbligant, wara li tkun saret it-tpaċija bejn l-ammonti grossi ta' JTD,
(e)
“telf fil-każ ta' inadempjenza” jew “LGD” huwa t-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant fuq strument maħruġ minn dan l-obbligant espress bħala ammont nozzjonali tal-istrument;
(f)
“piż tar-riskju ta' inadempjenza” tfisser il-perċentwal li jirrappreżenta l-probabbiltà stmati tal-inadempjenza ta' kull obbligant, f'konformità mal-affidabbiltà kreditizja ta' dak l-obbligant. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|