+Artikolu 325v Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 325v 1.
---+Artikolu 325v 2.
---+Artikolu 325v 3.
|
Artikolu 325v Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325v 1.
|
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“skopertura qasira” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal gwadann għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;
(b)
“skopertura twila” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal telf għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;
(c)
“l-ammont gross ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (gross JTD)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi għal skopertura speċifika;
(d)
“l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (JTD net)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li ġġarrab istituzzjoni minħabba l-inadempjenza ta' obbligant, wara li tkun saret it-tpaċija bejn l-ammonti grossi ta' JTD,
(e)
“telf fil-każ ta' inadempjenza” jew “LGD” huwa t-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant fuq strument maħruġ minn dan l-obbligant espress bħala ammont nozzjonali tal-istrument;
(f)
“piż tar-riskju ta' inadempjenza” tfisser il-perċentwal li jirrappreżenta l-probabbiltà stmati tal-inadempjenza ta' kull obbligant, f'konformità mal-affidabbiltà kreditizja ta' dak l-obbligant.
|
|
Artikolu 325v 2.
|
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għandhom japplikaw għal strumenti tad-dejn u tal-ekwità, għal strumenti derivattivi li jkollhom dawk l-istrumenti bħala sottostanti u għal derivattivi, li l-gwadanji jew il-valuri ġusti tagħhom huma affettwati mill-inadempjenza ta' obbligant għajr il-kontroparti għall-istrument derivattiv innifsu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' riskju ta' inadempjenza b'mod separat għal kull wieħed mit-tipi ta' strumenti li ġejjin: nontitolizzazzjonijiet, titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP u titolizzazzjonijiet li huma inklużi fil-ACTP. Ir-rekwiżiti finali ta' fondi proprji sabiex ir-riskju ta' inadempjenza jiġi applikat mill-istituzzjoni għandhom ikunu s-somma ta' dawk it-tliet komponenti.
|
|
Artikolu 325v 3.
|
Għal derivattivi ta' kreditu u tal-ekwità mhux ta' titolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti tal-JTD skont il-kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta' approċċ ta' trasparenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|