|
+Artikolu 325be 2a. |
Artikolu 325be 2a.F'ċirkostanzi straordinarji, li jseħħu matul perjodi ta' tnaqqis sinifikanti f'ċerti attivitajiet ta' negozjar fis-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu jikkunsidraw bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli minn dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 1, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-fatturi tar-riskju soġġetti għat-trattament jikkorrispondu għall-attivitajiet ta' negozjar li jitnaqqsu b'mod sinifikanti fis-swieq finanzjarji;
(b)
it-trattament jiġi applikat temporanjament, u mhux għal aktar minn sitt xhur fi żmien sena finanzjarja waħda;
(c)
it-trattament ma jnaqqasx b'mod sinifikanti r-rekwiżiti totali ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet li japplikawh;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw minnufih lill-EBA bi kwalunkwe deċiżjoni li tippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu biex iqisu bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli, kif ukoll tal-attivitajiet tan-negozjar ikkonċernati, u jissostanzjaw dik id-deċiżjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|