+Artikolu 325be Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju
---+Artikolu 325be 1.
---+Artikolu 325be 1a.
---+Artikolu 325be 2.
---+Artikolu 325be 2a.
---+Artikolu 325be 3.

Artikolu 325be Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325be 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, il-mudellabbiltà tal-fatturi kollha ta' riskju tal-pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw il-permess imsemmi fl-Artikolu 325az(2) jew ikunu fil-proċess li jingħataw dak il-permess.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi.

Artikolu 325be 1a.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tqis mhux mudellabbli fattur tar-riskju li jkun ġie vvalutat bħala mudellabbli mill-istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fattur tar-riskju ma jissodisfawx, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 325bc(6).
Artikolu 325be 2.
Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 325bk għal dawk il-fatturi ta' riskju li mhumiex mudellabbli.
Artikolu 325be 2a.

F'ċirkostanzi straordinarji, li jseħħu matul perjodi ta' tnaqqis sinifikanti f'ċerti attivitajiet ta' negozjar fis-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu jikkunsidraw bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli minn dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 1, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fatturi tar-riskju soġġetti għat-trattament jikkorrispondu għall-attivitajiet ta' negozjar li jitnaqqsu b'mod sinifikanti fis-swieq finanzjarji;

(b) 

it-trattament jiġi applikat temporanjament, u mhux għal aktar minn sitt xhur fi żmien sena finanzjarja waħda;

(c) 

it-trattament ma jnaqqasx b'mod sinifikanti r-rekwiżiti totali ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet li japplikawh;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw minnufih lill-EBA bi kwalunkwe deċiżjoni li tippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu biex iqisu bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli, kif ukoll tal-attivitajiet tan-negozjar ikkonċernati, u jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.

Artikolu 325be 3.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji sabiex tiġi vvalutata l-mudellabbiltà ta' fatturi tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 1, inkluż meta tintuża d-data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi, u l-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit