+Artikolu 325bi 2.

Artikolu 325bi 2.

L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta' negozjar kummerċjali kif ukoll l-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tagħha mill-inqas darba fis-sena. Dik l-analiżi għandha tivvaluta dan li ġej:

(a) 

l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;

(b) 

l-integrazzjoni tal-kalkolu tar-riskju fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni ta' ġestjoni;

(c) 

il-proċessi li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta' valutazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;

(d) 

il-kamp ta' applikazzjoni tar-riskji koperti mill-mudell, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju, u l-validazzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell tal-kejl tar-riskju intern;

(e) 

il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji, u l-preċiżjoni u l-adegwatezza għall-ġenerazzjoni ta' indikaturi tad-data fejn id-data disponibbli mhix biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżit stabbilit f'dan il-Kapitolu;

(f) 

il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa l-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex joperaw kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, inkluż l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-data;

(g) 

il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni P&L li jitwettqu sabiex tiġi valutata l-preċiżjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju interni tagħha;

(h) 

meta l-analiżi titwettaq minn impriża ta' parti terza f'konformità mal-punt (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-verifika li l-proċess ta' validazzjoni interna stabbilit fl-Artikolu 325bj jissodisfa l-objettivi tiegħu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit