+Artikolu 331 1.
|
Artikolu 331 1.
L-istituzzjonijiet li jippeżaw skont is-suq u jiġġestixxu r-riskju tar-rati tal-imgħax fuq l-istrumenti derivati koperti fl-Artikoli 328 sa 330 fuq bażi ta’ fluss skontat ta’ flus (discounted-cash-flow) jistgħu, wara li jiksbu permess mill-awtoritajiet kompetenti, jużaw mudelli ta’ sensittività sabiex jikkalkulaw il-pożizzjonijiet imsemmija f’dawk l-Artikoli u jistgħu jużawhom għal kwalunkwe bond li jkun amortizzat tul il-ħajja reżidwa tiegħu minflok permezz ta’ ripagament finali wieħed tal-ammont kapitali. Il-permess għandu jingħata jekk dawn il-mudelli jiġġeneraw pożizzjonijiet li jkollhom l-istess sensittività għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-imgħax bħall-flussi tal-flus sottostanti. Din is-sensittività għandha tiġi vvalutata b’referenza għall-movimenti indipendenti fir-rati kampjun tul il-kurva tar-rendita, b’mill-inqas punt wieħed ta’ sensittività f’kull faxxa ta’ maturità stabbilita fit-Tabella 2 fl-Artikolu 339. Il-pożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kalkoli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ġenerali tal-istrumenti tad-dejn.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|