+Artikolu 352 1.

Artikolu 352 1.

Il-pożizzjoni netta miftuħa tal-istituzzjoni f’kull munita (inkluża l-munita tar-rappurtar) u f’deheb għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-elementi li ġejjin (pożittivi jew negattivi):

(a) 

il-pożizzjoni netta spot (jiġifieri l-assi kollha mingħajr il-passivi kollha, inkluż l-imgħax dovut, fil-munita inkwistjoni jew, għad-deheb, il-pożizzjoni netta spot fid-deheb);

(b) 

il-pożizzjoni forward netta, li hija l-ammonti kollha li għad iridu jiġu riċevuti mingħajr l-ammonti kollha li għad iridu jitħallsu taħt kambju forward u transazzjonijiet tad-deheb, inklużi l-futures tal-muniti u tad-deheb u l-ammont kapitali fuq l-iswaps tal-muniti mhux inklużi fil-pożizzjoni spot;

(c) 

garanziji irrevokabbli u strumenti simili li huma żguri li se jissejħu u aktarx li se jkunu irrikoverabbli;

(d) 

l-ekwivalenti tad-delta netta, jew ibbażata fuq id-data, tal-ktieb totali tal-opzjonijiet tal-munita barranija u tad-deheb;

(e) 

il-valur tas-suq ta’ opzjonijiet oħra.

Id-delta użata għall-finijiet tal-punt (d) għandha tkun dik tal-borża inkwistjoni. Għall-opzjonijiet OTC, jew fejn id-delta ma tkunx disponibbli mill-borża kkonċernata, l-istituzzjoni tista' tikkalkula d-delta hi stess billi tuża mudell adatt, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.

L-istituzzjoni tista’ tinkludi introjtu/infiq netti futuri li jkunu għadhom mhumiex dovuti iżda diġà ħħeġġjata għalkollox jekk tagħmel dan b’mod konsistenti.

L-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjonijiet netti f’muniti komposti fil-muniti komponenti skont il-kwoti fis-seħħ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit