|
+Artikolu 415 2. |
Artikolu 415 2.Istituzzjoni għandha tirrapporta b'mod separat lill-awtoritajiet kompetenti, l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu III sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, f'konformità ma' dan li ġej:
(a)
fejn l-elementi jkunu denominati f'munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati denominati f'tali munita li jammontaw għal jew jaqbżu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp tal-likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita ta' denominazzjoni;
(b)
fejn l-elementi huma denominati fil-munita ta' Stat Membru ospitanti fejn l-istituzzjoni għandha fergħa sinifikanti kif imsemmi l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE u dak l-Istat Membru ospitanti juża munita oħra barra l-munita tar-rappurtar, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tal-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa sinifikanti;
(c)
fejn l-elementi jkunu denominati fil-munita tar-rappurtar, u l-ammont aggregat ta' obbligazzjonijiet f'muniti għajr il-munita tar-rappurtar jammonta għal jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tar-rappurtar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|