|
+Artikolu 428k 3. |
Artikolu 428k 3.L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
(a)
l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' muniti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjonijiet, jew li naqsu milli jiġu saldati, iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;
(b)
obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;
(c)
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn:
(i)
il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
(ii)
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
(iii)
klijenti finanzjarji;
(d)
kwalunkwe obbligazzjonijiet u elementi tal-kapital oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 428l sa 428o. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|