+Artikolu 428k Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428k 1.
---+Artikolu 428k 2.
---+Artikolu 428k 3.
---+Artikolu 428k 4.
|
Artikolu 428k Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428k 1.
|
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428l sa 428o, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:
(a)
obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-eqreb data possibbli li fiha jistgħu jiġu realizzati tali obbligazzjonijiet;
(b)
interessi minoritarji, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mat-terminu tal-istrument.
|
|
Artikolu 428k 2.
|
Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:
(a)
0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju jkun inqas minn sitt xhur;
(b)
50 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju jkun ta' minimu ta' sitt xhur iżda inqas minn sena;
(c)
100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.
|
|
Artikolu 428k 3.
|
L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
▼M8
(a)
l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' muniti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjonijiet, jew li naqsu milli jiġu saldati, iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;
(b)
obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;
(c)
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn:
(i)
il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
(ii)
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
(d)
kwalunkwe obbligazzjonijiet u elementi tal-kapital oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 428l sa 428o.
|
|
Artikolu 428k 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
(a)
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
(b)
il-marġnijiet ta' varjazzjoni kollha depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|