|
+Artikolu 428al 4. |
Artikolu 428al 4.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
(a)
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
(b)
il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|