|
+Artikolu 429a 1. |
Artikolu 429a 1.B'deroga mill- Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe skopertura li ġejja mill-miżura tal-iskopertura totali tagħha:
(a)
l-ammonti mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 36(1);
(b)
l-assi mnaqqsa fil-kalkolu tal-miżura kapitali msemmija fl-Artikolu 429(3);
(c)
l-iskoperturi li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 113(6) jew (7);
(ca)
fejn l-istituzzjoni tkun membru tan-network imsemmi fl-Artikolu 113(7), l-iskoperturi li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 114 u li jirriżultaw minn assi li jkunu ekwivalenti ta' depożiti fl-istess munita ta' membri oħrajn ta' dak in-network li jirriżultaw minn depożitu minimu legali jew statutorju f'konformità mal-Artikolu 422(3), il-punt (b); f'każ bħal dan, l-iskoperturi ta' membri oħra ta' dak in-network, kemm jekk ikunu depożitu minimu legali kif ukoll statutorju, mhumiex soġġetti għall-punt (c) ta' dan il-paragrafu;
(d)
meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta’ investimenti, u self promozzjonali;
(da)
l-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-azzjonisti tagħha, dment li tali skoperturi jkunu kollateralizzati għal-livell ta' mill-inqas 125 % mill-assi msemmija fl-Artikolu 129(1), il-punti (d) u (e), u dawk l-assi jiġu meqjusa fir-rekwiżit tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-azzjonisti, meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku iżda tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-azzjonisti tagħha jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu u ma jeżerċitawx kontroll fuq l-istituzzjoni;
(ii)
hija tikkonforma mal-paragrafu 2, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta' dan l-Artikolu;
(iii)
l-iskoperturi tagħha jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru;
(iv)
tkun soġġetta għal xi forma ta' sorveljanza minn gvern ċentrali ta' Stat Membru fuq bażi kontinwa;
(v)
il-mudell tan-negozju tagħha jkun limitat għall-pass-through tal-ammont li jikkorrispondi għar-rikavati miġbura permezz tal-ħruġ ta' bonds koperti lill-azzjonisti tagħha, fil-forma ta' strumenti ta' dejn;
(e)
meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, il-partijiet ta' skoperturi li jirriżultaw mit-trasferiment ta' self promozzjonali lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħra;
(f)
il-partijiet garantiti ta' skoperturi li jirriżultaw minn krediti għall-esportazzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-garanzija hija pprovduta minn fornitur eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Artikoli 201 u 202, inkluż minn aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni jew minn gvernijiet ċentrali;
(ii)
ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % tapplika għall-parti garantita tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 116(4);
(g)
meta l-istituzzjoni tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP, l-iskoperturi tan-negozju ta' dik l-istituzzjoni, dment li dawn ikunu kklerjati ma' dik il-QCCP u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 306(1);
(h)
meta l-istituzzjoni tkun klijent ta' livell ogħla fi ħdan struttura ta' klijenti f'diversi livelli, l-iskoperturi tan-negozju lill-membru tal-ikklerjar jew lil entità li sservi bħala klijent ta' livell ogħla għal dik l-istituzzjoni, dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 305(2) jiġu ssodisfati u dment li l-istituzzjoni ma tkunx obbligata tirrimborża lill-klijent tagħha għal kwalunkwe telf imġarrab fil-każ ta' inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar jew tal-QCCP;
(i)
assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ikunu rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni minn prinċipji ta' kontabbiltà nazzjonali ġeneralment aċċettati, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE;
(ii)
jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' rikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(iii)
jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-IFRS 10, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, fejn applikabbli;
(j)
skoperturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;
(ii)
ikunu trattati f'konformità mal-Artikolu 116(4);
(iii)
jirriżultaw minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi lill-entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (i) għall-fini tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali;
(k)
il-kollateral eċċessiv depożitat ma' aġenti tripartitiċi li ma jkunx issellef;
(l)
meta skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti tagħha bħala assi riċevibbli, l-assi riċevibbli, dment li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429c(3);
(m)
l-iskoperturi titolizzati minn titolizzazzjonijiet tradizzjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stipulati fl-Artikolu 244(2);
(n)
l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:
(i)
muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;
(ii)
assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali;
(o)
fejn l-istituzzjoni tkun awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;
(p)
fejn l-istituzzjoni tkun nominata f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari ta' depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;
(q)
l-iskoperturi li huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe skopertura miżmuma fil-miżura tal-iskopertura totali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|