|
+Artikolu 461a 2. |
Artikolu 461a 2.Fejn jiġu osservati differenzi sinifikanti f'tali implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex temenda dan ir-Regolament billi:
(a)
tapplika, sad-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew sa tliet snin fin-nuqqas ta' tali att, u fejn meħtieġ biex tippreserva kundizzjonijiet ekwi u biex tikkumpensa għal dawk id-differenzi osservati, miżuri mmirati ta' serħan operazzjonali jew multiplikaturi mmirati ugwali għal jew ogħla minn 0 u aktar baxxi minn 1 fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjonijiet għar-riskju tas-suq, għal klassijiet tar-riskju speċifiċi u fatturi tar-riskju speċifiċi, bl-użu ta' wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), u stabbiliti fi:
(i)
l-Artikoli 325c sa 325ay, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat alternattiv;
(ii)
l-Artikoli 325az sa 325bp, li jispeċifikaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern;
(iii)
l-Artikoli 326 sa 361, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat simplifikat;
(b)
tipposponi b'mhux aktar minn sentejn id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, jew kwalunkwe wieħed mill-approċċi biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq imsemmija fl-Artikolu 325(1). Meta l-Kummissjoni tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex taġġusta l-implimentazzjoni fl-Unjoni tal-istandards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq biex tippreserva b'mod aktar permanenti kundizzjonijiet ekwi ma' pajjiżi terzi, f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji u l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|