|
+Artikolu 471 1. |
Artikolu 471 1.B'deroga mill-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-31 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Diċembru 2024, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 49(1);
(b)
l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bil-livell ta' kontroll tar-riskju u l-proċeduri tal-analiżi finanzjarja adottati speċifikament mill-istituzzjoni sabiex tissorvelja l-investiment fl-impriża jew kumpannija holding;
(c)
il-holdings ta' ekwità tal-istituzzjoni fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 15 % tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità ta' assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012 u matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2024;
(d)
l-ammont ta' holding ta' ekwità li ma jitnaqqasx ma jkunx aktar mill-ammont miżmum fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|