|
+Artikolu 473a 3. |
Artikolu 473a 3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont li bih l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b) separatament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
(a)
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fid-data ta’ rapportar u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9;
(b)
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|