Artikolu 473a 7a.
B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġu kkalkulati mill-ġdid ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għall-ammont ABSA imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kejl tal-iskopertura totali msemmi fl-Artikolu 429(4) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mal-miżura tal-iskopertura totali. L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu darba biss jekk jużawx il-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 7 jew il-kalkolu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw id-deċiżjoni tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|