B’deroga mill-Artikolu 72e(4) u sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ta’ kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista’ tippermetti li l-ammont aġġustat mi jiġi kkalkulat bl-użu tad-definizzjoni li ġejja ta’ ri, u wi:
|
ri
|
=
|
ir-rekwiżit kapitali totali bbażat fuq ir-riskju applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji skont dan ir-Regolament;
|
|
wi
|
=
|
ir-rekwiżit kapitali totali tal-Grad 1 mhux ibbażat fuq ir-riskju applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala kapital tal-Grad 1 skont dan ir-Regolament.
|