+Artikolu 477a Tnaqqis minn elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 477a 1.
---+Artikolu 477a 2.
|
Artikolu 477a Tnaqqis minn elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 477a 1.
|
B’deroga mill-Artikolu 72e(4) u sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ta’ kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista’ tippermetti li l-ammont aġġustat mi jiġi kkalkulat bl-użu tad-definizzjoni li ġejja ta’ ri, u wi:
|
ri
|
=
|
ir-rekwiżit kapitali totali bbażat fuq ir-riskju applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji skont dan ir-Regolament;
|
|
wi
|
=
|
ir-rekwiżit kapitali totali tal-Grad 1 mhux ibbażat fuq ir-riskju applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala kapital tal-Grad 1 skont dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 477a 2.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tagħti l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 meta s-sussidjarja tkun stabbilita f’pajjiż terz li jkun għad ma għandux fis-seħħ reġim ta’ riżoluzzjoni lokali applikabbli jekk tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ma jkunx hemm impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment minnufih ta’ assi mingħand is-sussidjarja għal għand l-istituzzjoni prinċipali;
(b)
l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz tas-sussidjarja tkun tat opinjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali li assi ugwali għall-ammont li għandu jitnaqqas mis-sussidjarja skont l-Artikolu 72e(4), it-tieni subparagrafu, jistgħu jiġu ttrasferiti mingħand is-sussidjarja għal għand l-istituzzjoni prinċipali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|