+Artikolu 495b 4.

Artikolu 495b 4.

L-EBA għandha tħejji rapport, fejn tanalizza dan li ġej:

(a) 

l-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kundizzjonijiet fis-swieq għall-finanzjament ta' oġġetti fl-Unjoni;

(b) 

il-livell ta' riskju effettiv tal-iskoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti matul ċiklu ekonomiku sħiħ;

(c) 

l-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tat-trattament stabbilit fl-Artikolu 122a(3), il-punt (a), għal skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, mingħajr ma jitqies l-Artikolu 465(1);

(d) 

l-adegwatezza tad-definizzjoni tas-subklassi ta' “finanzjament ta' oġġetti ta' kwalità għolja” u li dik is-subklassi ta' skoperturi tiġi assenjata trattament prudenzjali differenti.

L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2030.

Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit