+Artikolu 495b Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta' self speċjalizzat
---+Artikolu 495b 1.
---+Artikolu 495b 2.
---+Artikolu 495b 3.
---+Artikolu 495b 4.
|
Artikolu 495b Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta' self speċjalizzat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 495b 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 161(4), il-minimi tal-input tal-LGD applikabbli għal skoperturi ta' self speċjalizzat ittrattati skont l-Approċċ IRB meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGD, għandhom ikunu l-minimi tal-input tal-LGD applikabbli previsti fl-Artikolu 161(4), immultiplikati bil-fatturi li ġejjin:
(a)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2027;
(b)
80 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;
(c)
100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.
|
|
Artikolu 495b 2.
|
L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjoni xierqa tal-parametri tar-riskju, inkluż il-parametru tat-telf impost, applikabbli għal skoperturi ta' self speċjalizzat skont l-Approċċ IRB, u b'mod partikolari dwar l-istimi proprji tal-LGD u tal-minimi tal-input tal-LGD għal kull kategorija speċifika ta' skoperturi ta' self speċjalizzat kif imsemmi fl-Artikolu 147(8). L-EBA għandha b'mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta' inadempjenzi u telf realizzat osservati fl-Unjoni għal kampjuni differenti ta' istituzzjonijiet bi profili differenti tan-negozju u tar-riskju. L-EBA għandha tirrakkomanda kalibrazzjonijiet speċifiċi ta' parametri tar-riskju, inkluż il-parametru tat-telf impost, li jirriflettu l-profil tar-riskju speċifiku u differenti għal kull kategorija speċifika ta' skoperturi ta' self speċjalizzat. L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.
|
|
Artikolu 495b 3.
|
B'deroga mill-Artikolu 122a(3), il-punt (a), l-iskoperturi ta' self speċjalizzat kif imsemmija f'dak il-punt li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 80 %, meta l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a ma jiġix applikat u l-iskopertura titqies li tkun ta' kwalità għolja meta jitqiesu l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
id-debitur jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anke taħt kundizzjonijiet ta' stress serju minħabba l-preżenza tal-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(i)
skopertura adegwata għall-valur tal-iskopertura;
(ii)
profil konservattiv ta' ripagament tal-iskopertura;
(iii)
il-ħajja li jifdal tal-assi tkun proporzjonali għall-ħlas sħiħ tal-iskopertura jew inkella rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;
(iv)
riskju baxx ta' rifinanzjament tal-iskopertura mid-debitur jew inkella dak ir-riskju jiġi mmitigat adegwatament b'valur tal-assi residwu proporzjonali jew b'rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;
(v)
id-debitur ikollu restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-attività u l-istruttura ta' finanzjament tiegħu;
(vi)
id-debitur juża derivattivi għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss;
(vii)
ir-riskji operazzjonali materjali jiġu mmaniġġati kif xieraq;
(b)
l-arranġamenti kuntrattwali fuq l-assi jipprovdu lill-mutwanti grad għoli ta' protezzjoni, inkluż il-karatteristiċi li ġejjin:
(i)
il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi finanzjati u, fejn ikun applikabbli, għall-introjtu li jiġġeneraw;
(ii)
ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jagħmel bidliet għall-assi li jkollhom impatt negattiv fuq il-valur tiegħu;
(iii)
meta l-assi jkun għadu qed jinbena, il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi u għall-kuntratti ta' kostruzzjoni sottostanti;
(c)
l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jissodisfaw l-istandards kollha li ġejjin biex joperaw b'mod sod u effettiv:
(i)
it-teknoloġija u d-disinn tal-assi jkunu ttestjati;
(ii)
ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha għat-tħaddim tal-assi;
(iii)
meta l-assi jkun għadu qed jinbena, id-debitur ikollu salvagwardji adegwati dwar l-ispeċifikazzjonijiet, il-baġit u d-data tat-tlestija miftiehma tal-assi, inkluż garanziji ta' tlestija b'saħħithom jew l-involviment ta' bennej tal-esperjenza u dispożizzjonijiet kuntrattwali adegwati għad-danni likwidati.
|
|
Artikolu 495b 4.
|
L-EBA għandha tħejji rapport, fejn tanalizza dan li ġej:
(a)
l-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kundizzjonijiet fis-swieq għall-finanzjament ta' oġġetti fl-Unjoni;
(b)
il-livell ta' riskju effettiv tal-iskoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti matul ċiklu ekonomiku sħiħ;
(c)
l-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tat-trattament stabbilit fl-Artikolu 122a(3), il-punt (a), għal skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, mingħajr ma jitqies l-Artikolu 465(1);
(d)
l-adegwatezza tad-definizzjoni tas-subklassi ta' “finanzjament ta' oġġetti ta' kwalità għolja” u li dik is-subklassi ta' skoperturi tiġi assenjata trattament prudenzjali differenti.
L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2030. Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|