|
+Artikolu 500d 4. |
Artikolu 500d 4.L-istituzzjonijiet li, f’konformità mal-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma’ xiri mħallas fi żmien regolari. L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri mħallas fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ imħallas fi żmien regolari jkunu ġew saldati fuq il-bażi ta’ kunsenja kontra ħlas;
(b)
l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma’ flus kontanti pagabbli u riċevibbli jitkejlu b’valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf u jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|