|
+Artikolu 505 1. |
Artikolu 505 1.Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-EBA għandha tħejji rapport dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq il-finanzjament agrikolu, inkluż dwar:
(a)
l-adegwatezza ta' piż tar-riskju ddedikat għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu kkalkulat f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, għall-iskoperturi għal intrapriża agrikola;
(b)
fejn ikun applikabbli, kriterji prudenzjalment ġustifikati għall-applikazzjoni ta' tali piż tar-riskju ddedikat, inkluż prattiki agrikoli, kif ukoll l-inklużjoni ta' skoperturi fil-korporattivi, fil-livell tal-konsumatur jew iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq il-klassijiet tal-iskoperturi tal-proprjetà immobbli;
(c)
l-allinjament mal-istrateġija “mill-għalqa sal-platt” stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” u l-impatt ambjentali rispettiv skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/852, b'mod partikolari mal-indikaturi kif miġbura fin-Network ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola, li juru l-punteġġi tal-kontribuzzjoni fir-rigward ta':
(i)
l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra għal kull ettaru;
(ii)
l-użu tal-pestiċidi u l-fertilizzanti għal kull ettaru;
(iii)
il-proporzjonijiet tal-effiċjenza tal-minerali tal-ħamrija, inkluż il-karbonju, l-ammonijaka, il-fosfat u n-nitroġenu għal kull ettaru;
(iv)
l-effiċjenza fl-użu tal-ilma;
(v)
konferma tal-impatt pożittiv fuq l-indikaturi msemmija fil-punti (i) sa (iv) ta' dan il-punt b'logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/848 ( 43 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|