|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' ishma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. L-azzjonisti m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:
(a)
jipprovdi informazzjoni dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat, in-numru totali ta' ishma u ta' drittijiet tal-vot u d-drittijiet tad-detenturi li jipparteċipaw fil-laqgħat;
(b)
jagħmel disponibbli formola ta' prokura, f'forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' l-azzjonisti, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara tħabbir tal-laqgħa;
(ċ)
tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom; u
(d)
tippubblika avviżi jew tqassam ċirkulari dwar l-allokazzjoni u l-ħlas ta' dividendi u l-ħruġ ta' ishma ġodda, inkluża informazzjoni dwar kull xorta ta' arranġamenti għall-allokazzjoni, is-sottoskrizzjoni, il-kanċellazzjoni jew il-konverżjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|