+Artikolu 68 5.

Artikolu 68 5.

Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jista’ jiċħad fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament milli jaċċessa kont ta’ pagament għal raġunijiet ġustifikati b’mod oġġettiv u evidenzjati kif mistħoqq relatati mal-aċċess frodulenti jew mhux awtorizzat għall-kont ta’ pagament minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, inkluż il-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament b’mod frodulenti jew mhux awtorizzat. F’tali każijiet il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jinforma li l-aċċess għall-kont ta’ pagament hu miċħud u r-raġunijiet għal dan fil-forma miftiehma. Dik l-informazzjoni għandha, fejn possibbli, tingħata lill-pagatur qabel l-aċċess jiġi miċħud u mhux aktar tard minn immedjatament wara, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati u ma jkunx projbit permezz ta’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jippermetti aċċess għall-kont ta’ pagament ladarba r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-aċċess ma jibqgħux jeżistu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit