+Artikolu 70 1.

Artikolu 70 1.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkun qed joħroġ strument ta’ pagament għandu:

(a) 

jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ma jkunux aċċessibbli minn partijiet oħra għajr l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkun intitolat juża l-istrument ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 69;

(b) 

joqgħod lura milli jibgħat strument ta’ pagament mhux mitlub, għajr meta strument ta’ pagament li diġà jkun ingħata lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu jiġi sostitwit;

(c) 

jiżgura li l-mezzi xierqa jkunu disponibbli l-ħin kollu biex jippermettu li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun jista’ jinnotifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1) jew li jitlob żblokkar tal-istrument ta’ pagament skont l-Artikolu 68(4); fuq talba, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament il-mezzi biex jagħti prova, għal 18-il xahar min-notifika, li l-utent tas-servizz tal-pagament għamel tali notifika;

(d) 

jipprovdi lill-utent tas-servizzi ta’ pagament b’għażla li jagħmel notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1) mingħajr ħlas u li jista’ jimponi, jekk ikun il-każ, biss l-ispejjeż tas-sostituzzjoni li jkunu direttament attribwiti għall-istrument ta’ pagament;

(e) 

jipprevjeni kull użu tal-istrument ta’ pagament ladarba tkun saret in-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit