|
+Artikolu 89 1. |
Artikolu 89 1.Meta ordni ta’ pagament tinbeda direttament mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-pagatur għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament, sakemm ikun jista’ jagħti prova lill-pagatur u, meta rilevanti, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju rċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-Artikolu 83(1). F’dak il-każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun responsabbli taħt l-ewwel subparagrafu, hu għandu mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagamnt mhux esegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma saritx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien iddebitat. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, hu għandu minnufih iqiegħed l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u, fejn applikabbli, jikkredita l-ammont korrispondenti fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju. Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma għandhiex tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament skont l-Artikolu 87. Fejn tranżazzjoni ta’ pagament tiġi esegwita tard, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura, fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jkun qed jaġixxi f’isem il-pagatur, li d-data ta’ valur tal-kreditu ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament. Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, meta ssirlu talba, għandu jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-pagatur bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-pagatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|